Il-Police Officers Union titlob li l-lingwa Maltija tkun rikonoxxuta u użata fil-laqgħat tal-EuroCOP

Aqra wkoll

Il-Police Officers Union (POU) ressqet talba formali lill-EuroCOP, il-konfederazzjoni Ewropea tal-għaqdiet tal-Pulizija, biex il-lingwa Maltija tkun inkluża u rikonoxxuta waqt il-laqgħat tagħha.

Fi stqarrija, il-POU saħqet li l-Malti huwa parti essenzjali mill-identità u l-wirt nazzjonali tagħna u, bħala waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jistħoqqlu l-istess rikonoxximent u rispett bħal lingwi oħra.

Il-unjin sostniet ukoll li bl-avvanzi fit-teknoloġija tal-Intelliġenza Artifiċjali, it-traduzzjoni tista’ ssir b’mod aktar faċli u effiċjenti, mingħajr il-ħtieġa ta’ interpreti.

Il-POU temmet billi saħqet li Malta għandu jkollha l-opportunità twassal il-vuċi tagħha bil-lingwa nazzjonali tagħha stess, filwaqt li wegħdet li se tkompli taħdem biex il-Malti jingħata r-rikonoxximent li jixraqlu fil-livell Ewropew.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport