Monday, July 13, 2026
Home Sport Barcelona jridu jiffirmaw lil David De Gea

Barcelona jridu jiffirmaw lil David De Gea

0
158

Mistenni ħafna bdil fi ħdan Barcelona fejn mhux biss il-kowċ Xavi Hernandez se jħalli Camp Nou iżda wkoll xi plejers. Oħrajn se jkunu qed jidħlu u għalhekk hemm ċertu entużjażmu biex dan il-klabb jiġġedded.

Diversi gazzetti Spanjoli qed jgħidu li l-goalkeeper David De Gea jista’ jispiċċa jilgħab mal-Blaugrana u kollox jista’ jiġri minnufih hekk kif hu jinsab aġent ħieles.

De Gea ilu barra mil-logħob għal din l-aħħar sena fejn l-aħħar li lagħab kien ma’ Manchester United. Hu kien jilgħab fi Spanja ma’ Atletico Madrid.