Friday, May 17, 2024

Barcelona ma jaċċettawx offerta ta’ £70 miljun għal Frenkie De Jong

Aqra wkoll

Barcelona ma aċċettawx offerta ta’ £70 miljun mingħand Manchester United għall-firma ta’ Frenkie De Jong.

Il-Katalani jrid £5 miljuni oħra li jammontaw għal €86 miljun …. l-istess ċifra li huma ħarġu meta kienu akkwistaw lil dan il-mifielder ta’ 25 sena mingħand Ajax, fl-2019.

De Jong innifsu jixtieq jibqa’ jilgħabu fin-Nou Camp iżda ddejjaq b’din l-inċertezza u talab lill-club li jekk iridu jbiegħu jagħmlu dan mill-aktar fis biex jilħaq jissetilja.

Iżda jekk ir-Red Devils ma jilħqux it-talba ta’ Barca, De Jong jibqa’ magħhom.

Sport