Il-viċi-president ta’ Barcelona Rafa Yuste żvela li l-club qed jipprepara biex joffri lil Gavi kuntratt ġdid wara l-avvanz tiegħu fl-ewwel team.
Iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena għamel seba’ dehriet għall-ġganti Katalani fil-bidu tal-istaġun 2021-22, waqt li dan l-aħħar sar l-iżgħar plejer li qatt lagħab mat-team nazzjonali Spanjol.
Manchester United u Liverpool huma t-tnejn maħsuba li huma interessati fil-midfielder, li għandu klawsola ta’ release ta’ €50m fil-ftehim attwali tiegħu f’Camp Nou.
Madankollu, Yuste wera li Barcelona qed jippreparaw biex jgħollu l-figura tal-akkwist billi joffrulu termini ġodda biex jirriflettu l-importanza l-ġdida tiegħu għall-club.
“Jien kont kuntent ħafna għal Gavi, huwa għandu maturità kbira għall-età tiegħu, fejn minflok 17-il sena jidher li għandu 37 sena. Se nagħtuh din is-sigurtà sabiex jara li Barcelona tkun id-dar tiegħu għal ħafna snin,” qal Yuste.
Gavi pprovda assist wieħed f’ħames apparenzi tal-La Liga dan l-istaġun, waqt li lagħab kontra Bayern Munich u Benfica fiċ-Champions League matul ix-xahar li għadda.