Monday, May 13, 2024

Barcelona wara Fresneda

Aqra wkoll

Barcellona qed jagħmlu dak kollu possibbli sabiex jiksbu s-servizzi tal-winger internazzjonali Spanjol Ivan Fresneda. Dan tal-aħħar kien f’pajjiżna ftit tal-ġranet ilu waqt il-kampjonat Ewropew li sar f’pajjiżna. Hu jinsab taħt kuntratt ma’ Valladolid iżda l-wirjiet tiegħu ma ħarbux l-għajnejn attenti tad-diriġenti Katalani li jixtiequh magħhom.

Il-kowċ Xavi jemmen li Fresneda jgħodd ħafna fil-metodu tattiku tiegħu b’mod partikolari fuq il-linja leminija tal-grawnd.

Sport