Friday, March 29, 2024

Basketball Ewropew: Malta tibda b’rebħa fuq l-Azerbaijan

Aqra wkoll

Malta …………..73

Azerbaijan …….71

(16-8, 12-17, 21-27, 24-19)

It-team nazzjonali Malti tal-basketball kellu bidu pożittiv fil-Kampjonat Ewropew tal-Pajjiżi ż-Żgħar meta għeleb lil dak talAzerbaijan bl-iskor ta’ 73-71.

Kienet logħba ferm eċ­ċitanti u bilanċjata fejn iż-żewġ timijiet baqgħu telgħin ras imb’ras.

Fl-aħħar 13-il sekonda, l-iskor kien dak ta’ 69-69, iżda David Bugeja għamel free-throw (70-69) biex mit-tieni wieħed tiegħu, minn rebound offensiva Sa­muel Deguara (72-69) għamel il-basket.

Madankollu fl-aħħar se­ba’ sekondi, Jordan Davis (72-71) irnexxielu jippottja ż-żewġ free throws tiegħu għal Azerbaijan biex il-logħba daħlet f’fażi mill-aktar interessanti … biex fl-aħħar erba’ sekondi Nathan Xuereb (73-71) ippottja wieħed miż-żewġ free throws … u b’hekk ma kienx fadal ħin biex l-avversarji setgħu jirkupraw. 

L-awqa skorer Malti kien Samuel Deguara bi 28 punt, segwit minn David Bugeja (18), Nathan Xuereb (12), Nelson Kahler (8), Aaron Falzon u Kurt-Joseph Xuereb (3) u Matthew Scerri (1). 

Il-players l-oħra kienu Jack Zammit, Alec Felice Pace, Tevin Falzon u Ian Felice Pace, bil-coach ikun Alan Kaleo Walls assistit minn Roderick Vella. 

Il-Ħamis il-Maltin jilagħbu kontra Andorra. 

Ekonomija

Sport