Bastiment irreġistrat Malta huwa rrapportat li ġie maħtuf fil-Baħar Għarbi.
Fi stqarrija, Transport Malta qalet li fid-dawl ta’ dawn ir-rapporti, flimkien ma’ entitajiet governattivi oħra qed issegwi mill-qrib s-sitwazzjon fuq il-bastiment RUEN li jtajjar bandiera Maltija.
Il-bastiment kien innutat li kellu xi diffikultajiet meta kien fil-Baħar Għarbi l-Ħamis filgħodu fi triqtu lejn it-Turkija.
Dan il-vapur huwa amministrat minn kumpanija tal-maniġment Bulgara u għandu ekwipaġġ ta’ 18-il baħħar mill-Bulgarija, l-Angola u l-Myanmar.
Is-sitwazzjoni qed tiġi mmonitorjata mill-qrib mill-awtoritajiet Maltin flimkien ma’ msieħba internazzjonali.