Saturday, May 4, 2024

Bayern b’disa’ players bil-Covid-19 jitilfu f’darhom kontra Borussia M.

Aqra wkoll

Bayern Munich, milquta mill-Covid-19, sfaw megħluba f’darhom bl-iskor ta’ 2-1 kontra Borussia Moenchengladbach, bil-leaders tal-Bundesliga jkunu mġiegħla jagħmlu bosta tibdil hekk kif disa’ players irriżultaw pożittivi għall-coronavirus. 

Kien  Robert Lewandowski (18) li fetaħ l-iskor biex skorja l-20 goal tiegħu fil-kampjonat. Iżda żewġ goals f’temp ta’ erba’ minuti  minn Florian Neuhaus (27) u Stefan Lainer (31) dawru r-riżultat favur il-viżitaturi liema partita ntlagħbet bil-bibien magħluqa.   

Iżda minkejja t-telfa, Bayern jibqgħu disa’ punti fil-quċċata tal-klassifika, iżda Borussia Dortmund fit-tieni post jistgħu jnaqqsu d-distakk meta s-Sibt imorru jilagħbu għand Eintracht Frankfurt.

Gladbach telgħu tliet postijiet fil-klassifika fil-11-il post wara t-tieni rebħa tagħhom fuq Bayern dan l-istaġun li diġà għelbu lill-Bavarjani 5-0 fit-Tazza Ġermaniża f’Ottubru li għadda.

B’ħafna mill-players neqsin, il-coach ta’ Bayern, Julian Nagelsmann, sejjaħ skwadra bi players ta’ riserva fejn anke ta’ d-debutt li Malik Tillman ta’ 19-il sena. 

Eventwalment huwa ġie mibdul fit-tieni taqsima minn Paul Wanner, li ta’ 16-il sena u 15-il jum sar l-iżgħar plejer ta’ Bayern li ddebutta fil-kampjonat Ġermaniż wara li ġie msejjaħ mit-team ta’ Taħt id-19-il sena. 

Sport