Waħda mill-kwistjonijiet kuntrattwali l-aktar diskussi fil-kurituri tal-Allianz Arena ta’ Bayern Munich hija dik ta’ Dayot Upamecano. Id-difensur Franċiż għandu l-kuntratt tiegħu li jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2026, u f’dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm xnigħat ta’ interess min-naħa tal-Inter. Id-direttur sportiv Max Eberl spjega s-sitwazzjoni fejn qal li se jippruvaw jagħmlu minn kollox biex iżommuh għal iktar snin hekk kif jarah bħala simbolu tat-tim.
Upamecano ilu mal-Bavarjani sa mis-sena 2021 fejn lagħab 107 partiti u skorja erba’ gowls.