Tuesday, October 1, 2024

Bayern Munich iridu jiffirmaw lil Alisson Becker

Aqra wkoll

Bayern Munich qed jinteressaw ruħhom li jiksbu l-firma tal-goalkeeper ta’ Liverpool Alisson Becker. Dan tal-aħħar għandu 31 sena u ilu jiddefendi l-lasti tar-Reds sa mis-sena 2018 fejn deher 206 darbiet u saħansitra skorja gowl.

L-eks goalkeeper ta’ Internacional u Roma jaf li postu fl-ewwel ħdax jista’ jkun fil-periklu minħabba li Giorgi Mamardashvili se jkun qed jidħol matul is-sajf li ġej.

Fl-istess waqt, il-Bavarjani jridu goalkeeper minflok Manuel Neuer u Becker jista’ jkun is-soluzzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport