Sunday, July 26, 2026
Home Sport Real Madrid u Man Utd interessati f’Jarrad Branthwaite

Real Madrid u Man Utd interessati f’Jarrad Branthwaite

0
133

Real Madrid se jkunu qed jingħaqdu ma’ Manchester United sabiex jippruvaw jaslu għad-difensur internazzjonali ta’ Everton Jarrad Branthwaite. L-iktar favoriti li jmorru għalih huma r-Red Devils minħabba li l-plejer ta’ 22 sena jippreferi jibqa’ l-Ingilterra.

Branthwaite hu difensur ċentrali li hu regolari ma’ Everton u lagħab 46 logħba magħhom filwaqt li skorja erba’ gowls. Hu lagħab ukoll darba mat-tim nazzjonali Ingliż f’Marzu li għadda kontra l-Bożnja.