Wednesday, May 8, 2024

Bayern Munich iridu lil Roberto De Zerbi

Aqra wkoll

Id-direttur sportiv ta’ Bayern Munich Max Eberl qal li jixtieq jara lill-kowċ ta’ Brighton and Hove Albion Roberto de Zerbi jmexxi lit-tim mill-Bavarja. 

Il-kowċ Taljan qed jiġi segwit ukoll minn Barcelona u Manchester City għalkemm il-klabb proprja tiegħu mhux lest li jħallih jitlaq kif ġieb u laħaq. 

Min-naħa tiegħu, De Zerbi qal li jinsab onorat li klabb glorjuż bħal Bayern Munich wera interess fih għalkemm ma żied xejn iktar fid-dikjarazzjonijiet tiegħu. 

Sport