Skont diversi rapporti fil-Ġermanja, Bayern Munich qed jikkunsidraw mill-ġdid lill-attakkant internazzjonali Serb Dusan Vlahovic ta’ Juventus bħala parti mill-pjanijiet fit-tul tagħhom għall-attakk.
Diversi gazzetti Ġermaniżi żvelaw li ċ-champions tal-Bundesliga ilhom f’kuntatt riċenti mal-agenzija tal-plejer ta’ 25 sena, u dan jerġa’ jressaq l-interess li beda fl-2023.
\Peress li l-kuntratt ta’ Vlahovic f’Torino jiskadi fl-2026, il-Bavarjani qed isegwu l-kwistjoni mill-qrib bil-ħsieb li jkunu jistgħu jakkwistawh bi transferiment ħieles is-sajf li ġej.