Monday, November 4, 2024

Bayern Munich jiffirmaw lill-goalkeeper Yann Sommer

Aqra wkoll

Iċ-champions tal-Bundesliga, Bayern Munich, iffirmaw lill-goalkeeper Yann Sommer mingħand Borussia Monchengladbach għal €9.5 miljuni.

L-internazzjonali tal-Iżvizzera ta’ 34 sena,  iffirma ftehim sa Lulju tal-2025.

Sommer se jkun utilizzat bħala s-sostitut ta’ Manue Neuer li tilef il-kumplament tal-istaġun wara li kiser siequ waqt li kien qed jiskija f’Diċembru.

Sommer qal li kien “eċċitat ħafna dwar l-isfida l-ġdida”.

Huwa żied jgħid: “Għandna xi sfidi kbar quddiemna. Ninsab ħerqana ħafna li nibda hawn ma’ sħabi l-ġodda tat-team u għal dak kollu li ġej.”

Il-kuntratt ta’ Sommer ma’ Gladbach kellu jiskadi fis-sajf u l-goalkeeper kien ġie marbut ħafna li seta’ jingħaqad ma’ Manchester United.

Huwa lagħab 80 darba għal pajjiżu u kien in-numru wieħed tal-Isvizzera fit-Tazza tad-Dinja ta’ Novembru li għadda. 

Sport