Diversi siti Ewropej li jispeċjalizzaw fis-suq tat-trasferimenti qed ibassru li Bayern Munich se jkunu qed ibigħu xi plejers u b’hekk iġeddu t-tim tagħhom b’element innovattiv. Huma qed jgħidu li wieħed bejn Leroy Sane, Kingsley Coman u Sergej Gnabry se jitlaq lit-tim mill-Bavarja possibbilment fis-sena 2025.
Il-kowċ ta’ Bayern Munich irid jagħti ċans aktar żgħażagħ jilagħbu fit-tim u t-tattika tiegħu tista’ ma tgħoddx għal xi wieħed minn dawn il-plejers.