Sunday, July 26, 2026
Home Sport Trent Alexander Arnold għalissa se jibqa’ ma’ Liverpool

Trent Alexander Arnold għalissa se jibqa’ ma’ Liverpool

0
115

Diversi gazzetti Ingliżi qed isostnu li t-trasferiment possibbli ta’ Trent Alexander Arnold minn ma’ Liverpool għal ma’ Real Madrid jidher kompletament impossibbli bħalissa.

Alexander Arnold kien qed jitqies bħala sostitut ideali ta’ Dani Carvajal li weġġa’ l-cruciate u għandu barra sal-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Alexander Arnold qal li ma jridx iħalli lil Liverpool mingħajr ma jieħu xi unur matul dan l-istaġun apparti li ma tantx togħġbu li jingħaqad ma’ klabb ġdid f’Jannar.