Sunday, May 5, 2024

“B’Delia fit-tmun naqqasna dak li ksibna fl-2017 … Għalhekk se nbiddluh” – Marlene Farrugia

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Membru Parlamentari Marlene Farrugia ftit tal-ħin ilu kompliet tħawwar dak li qed jingħad dwar is-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista.

F’kumment li għamlet fuq il-profil tagħha hija qalet li fl-2017 il-Partit Nazzjonalista kiseb 43.68% tal-voti. Tliet snin wara, b’ Delia fit-tmun, minkejja li nħarġu ċertu veritajiet u kap ġdid fil-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista xorta niżel għal 22.1%.

Hija qalet li d-dover tagħhom bħala Oppozizzjoni hija li joħolqu Gvern alternattiv, kredibbli u kumpatt għal meta jiġi l-waqt.

Hija sostniet li “Dan nistghu naghmluh jekk ikollna mexxej kredibbli u fdat.”

Farrugia temmet tgħid li Delia huwa oratur u avukat prim, pero bħala mexxej la huwa kredibbli u lanqas fdat u għalhekk qegħdin jaħdmu biex ibiddluh.

Sport