Saturday, September 14, 2024

Bdiet il-kura t’erbat ijiem biss… s’issa siefret 20 darba

Aqra wkoll

Puttinu Cares dalgħodu fuq il-midja soċjali qasam żewġ ritratti taċ-ċkejkna Quinn. Quinn hija l-iżgħar tifla li ħtieġet l-appartamenti ta’ Puttinu, hekk kif wara biss erbat ijiem mit-twelid tagħha kellha titla’ l-Ingilterra sabiex tingħata trattament speċjalizzat. Matul dawn id-disa’ snin, Quinn siefret 20 darba sabiex tirċievi l-kura neċessarja.

Ir-ritratt li hemm fuq in-naħa tal-lemin ittieħed riċentament. Fil-fatt Puttinu Cares żvela li “Bħalissa Quinn qiegħda l-Ingilterra u bagħtitilna dan ir-ritratt fil-waqt li qiegħda tiġi rikoverata wara operazzjoni”. 

Puttinu Cares awguralha fejqan ta’ malajr u fakkar li fil-Ġimgħa l-Kbira Quinn se tkun qed tistenna d-donazzjoni tal-pubbliku permezz tat-telefon. 

Ekonomija

Sport