Saturday, December 21, 2024

Bdoti tal-Air Malta jagħtu f’donazzjoni parti mill-paga tagħhom lill-kollegi li tkeċċew

Aqra wkoll

Dawk il-bdoti li għadhom impjegati mal-Air Malta se jkunu qed jagħtu f’donazzjoni parti sostanzjali tal-paga tagħhom lil kollegi li tkeċċew mil-lina tal-ajru nazzjonali f’Ġunju li għadda.

Fi stqarrija li għamlet, l-assoċjazzjoni tal-bdoti – ALPA – qalet li wara li aktar minn nofs il-membri tagħha tkeċċew mill-Air Malta fit-8 ta’ Ġunju li għadda, il-kumplament tal-bdoti ddeċidew li jgħinu lill-kollegi tagħhom billi jċedulhom parti mill-paga tagħhom.

L-assoċjazzjoni qalet ukoll li se tkun qed tipprovdi assistenza finanzjarja biex tassigura li l-membri tagħha jkunu qed jirċievu biżżejjed dħul biex imantnu lilhom infushom.

Fl-istess waqt l-assoċjazzjoni qalet li l-Air Malta għadha ma pprovdiet l-ebda ġustifikazzjoni għan-nuqqas min-naħa tagħha biex tieħu l-miżur neċessarji għall-membri biex dawn jirċievu l-wage supplements li kienu jassiguraw li l-ebda bdot ma jitkeċċa.

Ekonomija

Sport