Chan, raġel mimli saħħa fl-aħħar ġimgħat beda jħoss uġiegħ ta ras kbira li l-beda mediċina ma bdiet ittaffi dan l-uġiegħ. Chan jgħix fir-Renju Unit.
Ashley, martu tgħid li kien fit-23 ta’ Marzu li għadda meta Chan wasal lura d-dar u qallha li ma kienx qiegħed jara sew. Tgħid li bdiet tinnota li biex jirrispondi u jagħmel l-affarijiet kien qiegħed jieħu aktar ħin mis-soltu… sakemm Chan waqa’ mal-art.
Hi mill-ewwel ċemplet għall-ambulanza li hekk kif iddaħħal l-emerġenza saru CT scan u mill-ewwel irriżulta li kellu tumur f’moħħu.
Il-Professuri mill-ewwel bdew operazzjoni maġġuri fuqu minħabba li kien kważi tard li Chan isalva.
Martu tgħid li issa żewġha għandu triq twila ħafna bit-tama li jerġa’ jiġi kif kien. Qalet li tinsab determinata li tgħinu jimxi din it-triq kollha…

