Tuesday, March 3, 2026

Beda Marzu … ix-xahar li jwassalna għall-jum dinji tad-Down Syndrome

Aqra wkoll

“Beda Marzu. Ix-xahar li jwassalna għall-jum dinji tad-Down syndrome. Kultant nistaqsi lili nnifsi x’qegħda nagħmel hawn. Ħajti mgħaġġla. Moħħi kultant ma jkunx jiflaħ iktar ħsibijiet u trufijiet. Għandix naqsam dan il-vjaġġ fuq il-media soċjali. Għandix inkompli jew nieqaf hawn. Imbagħad il-ħajja tfakkarni għal xhiex qegħda hawn”.

Dan kien il-messaġġ li wasslet omm Faith, permezz tal-paġna ta’ Facebook: Up & Up with Faith, fejn qalet; ” Għal għarfien, li jgħaddi kemm jgħaddi żmien u jsir progress kemm isir, għad fadal x’naqdfu. Għall-kuraġġ, li bla ma kultant nintebaħ inkun qed nitrasmetti lil ħaddieħor. Lil dik l-omm li għada kif irċiviet id-dijanjosi. Lil dawk il-ġenituri li forsi jaħsbu li issa ħajjithom mhux se tibqa’ l-istess u li mhux se jkunu kapaċi jaffaċjaw din ir-realta”

Spjegat li din is-sena it-tema għal din il-ġurnata speċjali għalina hija – flimkien kontra s-solitudni. Is-solitudni li nies bħal Faith jaf jaffaċċjaw għax huma differenti, għax jiġu mwarrba, għax ma jiġux inklużi, għax is-soċjeta fadlila x’tiftaħ idejha għalihom.

Qalet ukoll; “Is-solitudni li jħossu l-familji għax iridu jaffaċċjaw l-ostakli u jiġġieldu għad-drittijiet ta’ uliedhom, għall-aċċessibilta. Il-familji li għatxana għas-sapport, għall-wens, għall-nies oħra li kapaċi jifhmu li għalkemm iħobbu lil uliedhom b’imħabba tal-ġenn xorta waħda tugagħhom qalbhom, xorta waħda għandhom il-biżgħat mill-futur ta’ uliedhom”

Tenniet tgħid li kull persuna tista’ tagħmel differenza fil-ħajja ta’ ħaddieħor. Is-solitudni kera. U għal min ma jistgħax jesprimiha hija tqila. Kelma. Tbissima. Tgħannieqa. Stedina. Sapport.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport