Saturday, July 13, 2024

Beijing tipprojbixxi l-konsum u l-kummerċ ta’ annimali selvatiċi

Aqra wkoll

Rispons prudenti għall-pandemija tal-Covid-19 li ħafna jemmnu li hija marbuta ma’ virus li jinsab fil-friefet il-lejl

Il-kapitali Ċiniża Beijing għaddiet digriet li permezz tiegħu se tkun qed twaqqaf il-konsum u l-kummerċ ta’ annimali selvatiċi, u imponew pieni eħrex fil-konfront ta’ kull min jinqabad jiksirha.

Dan id-digriet il-ġdid, li jikkumplimenta notifika oħra li nħarġet fi Frar li għadda, huwa rispons prudenti għall-pandemija tal-Covid-19, li ħafna jemmnu li hija marbuta ma’ virus li jinsab fil-friefet il-lejl.

Beijin anke irridefinixxiet it-tifsira ta’ annimali selvatiċi protetti u projbixxiet kull forma ta’ kaċċa fir-reġjuni fl-istess Beijing sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Dan ir-regolament il-ġdid se jkun qed jiddaħħal b’effett mill-ewwel ta’ Ġunju li ġej.

Preċedentement il-belt Ċiniża ta’ Shenzhen, fin-Nofsinhar tal-pajjiż, kienet introduċiet regolamenti li jipprojbixxu l-konsum ta’ annimali selvatiċi. Kienet ukoll l-ewwel belt Ċiniża li pprojbixxiet il-konsum ta’ klieb u qtates.

Leġiżlaturi Ċiniżi qed jikkunsidraw li joħorġu projbizzjoni fil-konfront tal-industrija tal-annimali selvatiċi madwar il-pajjiż kollu, li taf taffettwa lil miljuni ta’ persuni li jaħdmu fl-industrija.

Ekonomija

Sport