Matul l-ewwel tlett tal-2023, ġew approvati 496 permess tal-bini għal total ta’ 2,540 abitazzjoni ġdida. Meta mqabbel mal-istess tlett xhur tal-2022, in-numru ta’ permessi għall-bini naqas bi 18.6 fil-mija filwaqt li n-numru ta’ djar ġodda approvati naqas b’20.7 fil-mija. In-numru medju ta’ djar ġodda approvati għal kull permess tal-bini kien ta’ 5.1.
Ċifri uffiċjali maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru lil-maġġoranza tad-djar ġodda approvati matul l-ewwel kwart tal-2023 kienu 1,819 appartamenti, 393 penthouses, 224 maisonettes, djar terraced houses 74 u 30 unitajiet residenzjali oħra. L-appartamenti ammontaw għal 71.6 fil-mija tan-numru totali ta’ abitazzjonijiet ġodda approvati.
Meta mqabbel mat-trimestru korrispondenti tal-2022, in-numru ta’ djar ġodda approvati fil-gżejjer Maltin naqas ukoll. L-ogħla numru ta’ djar ġodda approvati kien irreġistrat fid-distrett tat-Tramuntana (599) filwaqt li l-inqas numru kien irreġistrat fid-distrett tal-Port tan-Nofsinhar (270).
San Pawl il-Baħar baqa’ l-lokalità bl-ogħla numru ta’ abitazzjonijiet ġodda approvati li ammontaw għal 178. Dan kien segwit min-Naxxar (121), il-Mellieħa (120), Ħal Balzan (111) u kemm Birkirkara kif ukoll Ħaż-Żebbuġ (100).