Minkejja li ftit qed jilgħab id-difensur Ingliż Ben Chilwell mhux se jitlaq lill-klabb tiegħu Chelsea iżda se jibqa’ jilgħab fi Stamford Bridge għallinqas sal-aħħar ta’ dan l-istaġun.
Chilwell, li hu plejer versatili hekk kif kapaċi jilgħab anke fuq il-linja xellugija bħala winger, ftit qed isib postu fl-ewwel ħdax tal-kowċ Enzo Maresca.
Chilwell għandu 28 sena u mill-2020 ‘l hawn lagħab 70 logħba mal-Blues filwaqt li skorja tmien gowls.