Tuesday, December 24, 2024

Benjamin Mendy illiberat … iżda qatt m’hu se jeħles mill-akkużi ta’ stupru

Aqra wkoll

Minkejja li ġie lliberat  mill-akkużi kontrih ta’ stupru ħlief għal tnejn, Benjamin Mendy xorta waħda se jsibha diffiċli biex jerġa’ jibni l-integritá personali.

Dan il-player ta’ Manchester City, qed jiġi meqjus li ma jimpurtahx  mis-sentimenti jew il-benessri tan-nisa li jorqod magħhom.

Dak li n-nies jistgħu jissuspettaw li bosta players tal-football jagħmlu fil-ħajja privata tagħhom, għall-inqas fil-każ ta’ Mendy, ġie żvelat matul il-prova ta’ erba’ xhur.

Ma kinitx biss l-imġieba u l-attitudni tiegħu lejn in-nisa li ġiet mikxufa fil-qorti, iżda wkoll id-diffikultajiet li għandhom il-clubs tal-football meta l-players tagħhom ikunu liberi mill-impenji tagħhom.

Il-manager ta’ Mendy fil-club ta’ Manchester City, Pep Guardiola, stqarr quddiem il-qorti li “il-players fil-ħajja privata tagħhom ma nafx x’jagħmlu.

“Jien ma nsegwix lill-players fuq il-midja soċjali, għalhekk ma nafx x’qed jagħmlu barra mill-kontroll tiegħi f’sessjonijiet ta‘ taħriġ u fil-logħob. Jien m’iniex missieru.”

Lura f’Lulju 2017, Mendy kien kiser ir-rekord tas-suq tat-trasferimenti ta’ player ta’ 23 sena, meta ngħaqad mas-Citizens mingħand Monaco għal £52 miljun. 

Deskritt mid-direttur tal-football tal-club, Txiki Begiristain, bħala “wieħed mill-aqwa difensuri tad-dinja”, l-internazzjonali Franċiż kellu salarju ta’ £90,000 fil-ġimgħa. 

Fil-footbal, kuntratti bħal dawn jiġu b’verità sempliċi –  u għal salarji daqshekk għoljin, players elite huma mistennija li jiffokaw l-isforzi kollha tagħhom fil-ground.

Il-clubs tagħhom ħafna drabi jkunu kuntenti li jonfqu dak kollu li hemm bżonn biex iżommuhom kuntenti.

Bħall-clubs ewlenin kollha, Manchester City jimpjegaw grupp ta’ persunal biex jilqgħu għall-bżonnijiet tal-players.

Ekonomija

Sport