Il-futur tal-plejer internazzjonali Franċiż Benjamin Pavard ma’ Bayern Munich jidher inċert għall-aħħar.
F’dawn l-aħħar ġimgħat, ir-rappreżentant tal-plejer kien qed jistenna li d-diriġenti mill-Bavarja jikkuntattjawh sabiex jiddiskutu l-kuntratt tiegħu iżda minn dan kollu ma sar xejn.
Eventwalment id-difensur Franċiż, li jiskadilu l-kuntratt fis-sena 2024 xejn m’hu kuntent fl-Allianz Arena minħabba li l-kowċ Julian Nagelsmann qed jippreferi lil Noussair Mazraoui fl-ewwel ħdax b’Pavard li xejn m’hu japprezza dan kollu.