Tuesday, April 30, 2024

Juventus mhux se jġeddu l-kuntratt ta’ Alex Sandro

Aqra wkoll

Sar magħruf li d-diriġenti ta’ Juventus m’għandhomx interess li jġeddu l-kuntratt tal-plejer tagħhom Alex Sandro. Dan tal-aħħar ilu magħhom sa mis-sena 2015 fejn fil-bidu tal-karriera mal-Bianconeri kien spikka mal-linja xellugija tal-grawnd. 

Madankollu l-aħħar xhur xejn ma kienu faċli għad-difensur Brażiljan li ma kellux wirjiet tajbin minkejja li l-kowċ Massimiliano Allegri tah kull fiduċja possibbli.

Sadanittant il-kuntratt ta’ Alex Sandro mal-Bianconeri jiskadi fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Sport