Għada taf tkun il-ġurnata ta’ Benjamin Pavard li mistenni jingħaqad ma’ Inter wara trattativi li ilhom għaddejjin għal numru ta’ jiem.
Id-difensur Franċiż li jilgħab ma’ Bayern Munich qed jogħġob mhux ftit lill-kowċ Simone Inzaghi u kienet xi ħaġa naturali li i Nerazzurri jitħajru għalih.
Iċ-champion tad-dinja fis-sena 2018 jixtieq jingħaqad ħafna magħhom u bosta ġurnalisti Taljani qed jgħidu li issa hi biss formalita’ li dan kollu jseħħ.
Fil-passat, Pavard lagħab ukoll ma’ Lille u Stuttgart.