Wednesday, October 9, 2024

Benjamin Sesko jattira numru ta’ timijiet Ewropej

Aqra wkoll

Il-wirjiet tal-attakkant internazzjonali Sloven Benjamin Sesko ma’ RB Leipzig ma ħarbux l-għajnejn attenti ta’ diversi timijiet Ewropej li qed jagħmlu minn kollox sabiex jiksbu l-firma tiegħu. Fil-fatt, Arsenal, AC Milan, Chelsea u Manchester United qed jirsistu ferm sabiex f’Jannar jew inkella fis-sajf imorru għalih.

Sesko għandu 21 sena u ngħaqad ma’ Leipzig fis-sajf tas-sena 2023. Magħhom hu lagħab 37 partita u skorja 16-il gowl.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport