Saturday, December 21, 2024

Berlusconi jiddaħħal fi sptar f’Monaco wara kumplikazzjonijiet f’qalbu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi kellu jiddaħħal fi sptar f’Monaco minħabba problemi f’qalbu waqt li kien qed jirrisjedi fi Franza.

Ikkonferma dan it-tabib tiegħu Alberto Zangrillo filwaqt li spjega li ħass li kien ikun aħjar li jingħata l-kura fi Franza milli jerġa’ jintbagħat lejn l-Italja.

Berlusconi kien qiegħed jgħix fin -naħa t’isfel ta’ Franza, viċin Nice fejn huwa qatta’ wkoll part mill-ġranet tal-lockdown.

F’Settembru li għadda , Berlusconi li għandu 84 sena ddaħħal fi Sptar f’Milan minħabba l-virus tal-Covid-19 u meta ħalla l-isptar iddeskriva dak il-perjodu bħala l-aktar jiem “perikolużi u tal-biża’ fil-ħajja tiegħu.

Ekonomija

Sport