Friday, December 13, 2024

ARA: Anzjani jappellaw biex il-poplu jaċċetta l-istedina biex jitlaqqam

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Illum fiċ-Ċentri tas-Saħħa madwar Malta u Għawdex bdew jitlaqqmu l-anzjani ta’ ‘l fuq minn 85 sena li jgħixu fid-djar tagħhom. Uħud minn dawn l-anzjani ma naqsux milli jieqfu biex jappellaw lill-poplu Malti u Għawdxi biex jagħmel bħalhom u jaċċetta l-istedina li jitlaqqam.

Fost l-appelli tagħhom dawn l-anzjani qalu li għażlu li jitlaqqmu fost l-oħrajn biex ikunu jistgħu jerġgħu jgawdu lit-tfal u lin-neputijiet. Anzjana oħra rringrazzjat lill-awtoritajiet li kienu minn ta’ quddiem biex ġabu l-ewwel konsenji tal-vaċċin biex nistgħu nwaqqfu l-mikrobu milli jkompli jinfirex.

L-infermiera qalet li fl-ewwel jum l-anzjani kollha li kellhom jattendu, kollha marru b’entusjażmu u apprezzaw dan il-proċess.

Ekonomija

Sport