Sunday, November 24, 2024

Bernard Grech b’aktar wegħdiet jekk jitla’ fil-Gvern 

Aqra wkoll

Ġimgħa wara l-oħra, xahar wara xahar, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech dejjem jitkellem fil-viżjoni tiegħu li jitla’ fil-Gvern. Viżjoni li ilu jirrepetti u jwiegħed soluzzjoni għall-kull problema li jelenka li għandna f’pajjiżna. L-istess Grech juża t-tattikka tal-wegħdiet “mirakolużi” billi l-ewwel jattakka kulma ma jiġri, anke fuq livell internazzjonali, fuq Gvern Laburista. 

Barra li bħalma jagħmel dejjem, attakka personalment lill-Prim Ministru Robert Abela, Grech infexx bi kritika ħarxa lejn Edward Scicluna fejn insista li mhuwiex biżżejjed li dan ikun sospiż imma li għandu jirriżenja; kif ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà u lill-Ministru Byron Camilleri. Din id-darba attakka lil dawn tal-aħħar dwar l- allegazzjonijiet li ħarġu fuq l-Identity Malta.

Il-wegħda prinċipali li tkellem dwarha b’konvinzjoni kbira lbieraħ waqt li kien f’kollegament telefoniku, tolqot lis-settur tal-enerġija. B’referenza għall-qtugħ tad-distribuzzjoni kawża tad-domanda kbira li għandna, Grech sostna li, “il-poplu ma jistax jittollera aktar din l-istorja traġika fejn ta’ kuljum nistennew fejn se jinqata’ d-dawl. L-istess kien jiġri fit-tmeninijiet u erġajna morna lura għal dawk iż-żminijiet. In-negozji u l-familji qegħdin ibatu minn dan l-inkonvenjennt. Kien għalhekk li din il-ġimgħa, bħala partit, irreaġixxejna għax anke fabbriki batew minn qtugħ ta’ dawl… Dan b’effett negattiv fuq l-ekonomija”. 

Grech ħareġ bil-wegħda li ladarba fil-Gvern, dejjem jekk jitla’, se jordna assessjar tal-infrastruttura. “Dan biex naraw x’hemm bżonn għax jien irrid pajjiż modern li jkompli javvanza ħalli min irid jinvesti, ikompli jinvesti biex isaħħaħ l-ekonomija u jinħolqu impjiegi ta’ kwalità. Inlestu infrastruttura biex insaħħu lil Malta ħalli tkun tista’ tikber”.

Għalih jekk isir dan, ikun qiegħed jassigura tkabbir tal-ekonomija għall-ġid ta’ kulħadd. Min-naħa tiegħu insista li jekk negozji barranin li jridu jinvestu f’pajjiżna jisimgħu li għandna din il-problema, ma jiġux. Il-wegħda hija li, “għalhekkk hemm bżonn li ninvestu bis-serjetà u hekk se jagħmel Gvern Nazzjonalista”.

Huwa temm jgħid li bħala partit se jibqgħu ffokati mhux biss biex ikunu fl-Oppożizzjoni imma biex ikomplu jibnu l-gvern il-ġdid għall-poplu kollu, huwa min huwa. Dan għax skont huwa, il-PN jixtieq u jista’ joffri futur sabiħ u b’saħħtu f’pajjiżna stess. 

1 kumment

  1. Kif nista nemmen dak li ghid Bernard Grech.Dan imnalla ipperswadih Jason Azzopardi biex ikun kap tal PN ghax ma sabux wiehed biex imexxih.Insaqsi xwedu lill Bernard?Ghax biex sar kap xi hadd kellu jhallas 20 000 Ewro li kellu dejn Nardu ma tat TAXXA.Ara kif ilpoplu qatt jista javda lill nardu jmexxi lill Malta meta anqas lill pn mhuwa kapaci jmexxi ghax ikollu jaghmel dak li jghidulu tal klikka.

Comments are closed.

Sport