Bernard Grech għadu kif ħa l-ġurament bħala Deputat Parlamentari wara r-riżenja ta’ Ivan Bartolo minn deputat Parlamentari.
Dr Grech f’kelmtejn qosra qal li “nirringrazzja lil Adrian Delia u lil Ivan Bartolo li ċeda s-siġġu biex jien inkun nista’ nidħol f’din il-Kamra. Nittama li flimkien inwettqu xogħol siewi u denju għal ġieħ tar-Repubblika ta’ Malta.”
Min-naħa tiegħu, Adrian Delia, f’diskors qasir hu awgura lil Dr Grech fil-ħidma tiegħu.