Friday, April 19, 2024

“Għat-triq ġdida f’Ħad-Dingli m’hemmx bżonn permessi” – il-Ministru Aaron Farrugia

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara li d-Deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar staqsa fil-Parlament lill-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia dwar il-kontroversja dwar triq ġdida f’Ħad-Dingli, il-Ministru Farrugia enfasizza li “jien tkellimt mal-kollegi. Naf li l-Awtorità tal-Ambjent u l-ERA qed isegwu u fuq din m’hemmx bżonn permess għax li hemm bżonn hi biss DNO u għalhekk ix-xogħol jista’ jsir.”

“Ma rrispondejtnix jekk intix komdu bil-Ministru Ian Borg li jiftaħ toroq x’ħin irid u jfettillu”

Id-Deputat Nazzjonalista Kevin Cutjar

“Ministru Farrugia ma rrispondejtnix dwar jekk intix komdu bil-Ministru Ian Borg li jiftaħ toroq x’ġin irid u jfettillu”. Dan sostnih id-Deputat Nazzjonalista, Kevin Cutajar b’riferenza għal domanda li hu għamel qabel.  Qal li hi sinifikanti li l-Ministru Farrugia ma weġibx dwar il-Ministru Ian Borg.

Sport