Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u martu AnneMarie żaru l-qabar ta’ Karin Grech, hekk kif illum qed jitfakkar is-46 anniversarju mill-qtil tagħha.
F’messaġġ, Bernard Grech qal li dan id-delitt jibqa’ tebgħa sewda fuq l-istorja ta’ pajjiżna u ddiskrevieh bħala jum ikrah għall-familja Grech.
Grech tenna li se jkompli jappella lill-Pulizija sabiex jagħmlu dak kollu possibli biex isolvu dan id-delitt u oħrajn, minkejja li għaddew diversi snin.