Thursday, April 18, 2024

Bernard Grech iwiegħed li se jkun hemm għal dawk li jħossuhom imwarrba

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt il-messaġġ tiegħu għal żmien il-Milied, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sellem lil dawk li għadhom iħossuhom imwarrba jew minsija fis-soċjetà tagħna u wiegħdhom li jibqa’ jagħmel minn kollox biex jindunaw li hemm min qiegħed jaħseb fihom.

Grech fakkar li r-ragħja kienu nies sempliċi u mwarrbin għax kienu jorqdu mal-annimali iżda kienu huma l-ewwel nies li ngħataw l-aħbar tat-twelid ta’ Ġesu Bambin.

Sostna li ħadd m’għandu iħossu inferjuri u li b’dinjità, kull ċittadin għandu jkollu s-serħan tal-moħħ u mhux ikollu jittallab biex jieħu dak li hu tiegħu bid-dritt. Żied jgħid li jekk persuna jkollha tħallas bil-vot tagħha għal dak li jkollha bżonn, tkun qiegħda tintilef id-demokrazija tal-pajjiż. Huwa stieden lil kulħadd biex jaħseb f’ħaddieħor biex mill-ġid tas-soċjetà jkun qiegħed igawdi kulħadd.

Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi mill-ġdid awgura l-Milied it-Tajjeb lil kulħadd.

Ekonomija

Sport