Thursday, December 19, 2024

Bernard Grech jattendi għal summit f’Pariġi dwar il-Lvant Nofsani

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u Mexxej tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt kollegament telefoniku fuq ir-radju tal-partit Nazzjonalista qal li bħalissa jinsab f’Pariġi fejn qed jattendi summit dwar il-Lvant Nofsani.

“Kelli l-opportunità li nirrappreżenta lil Malta f’summit fejn fost l-oħrajn tkellimna dwar is-sitwazzjoni fl-Iran,” stqarr Dr Grech.

Hu qal li f’diversi pajjiżi fosthom l-Iran qed isir ksur sfaċċat tad-drittijiet tal-bniedem u għalhekk id-dinja trid tgħaddi mill-paroli għal fatti u tieħu azzjoni.

Tkellem ukoll dwar dak li se jsir fil-Parlament nhar il-Ħamis li ġej fejn se ssir diskussjoni dwar il-każ Sofia fejn se jkun qiegħed jerġa’ jagħmel talba lill-Gvern biex jiftaħ inkjesta pubblika.

Dwar l-ogħli tal-ħajja l-mexxej Nazzjonalista qal li l-ewwel pass li jsir hu li “nkunu onesti mal-poplu”. Meta mistoqsi dwar x’miżuri jdaħħal biex irażżan l-għoli tal-ħajja Dr Grech qal li dawn il-proposti diġà qalhom kollha lil Prim Ministru biex ikun jista’ jaħdem fuqhom.

Ekonomija

Sport