Thursday, December 26, 2024

Bernard Grech jgħajjar lid-Deputati Laburisti “kodardi”

Il-Partit Nazzjonalista jindirizza konferenza tal-aħbarijiet quddiem l-Isptar Ġenerali t'Għawdex

Aqra wkoll

F’konferenza tal-aħbarijiet li damet għaddejja inqas minn 15-il minuta quddiem l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech li fiha kien hemm preżenti wkoll id-Deputat u eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Gvern m’għandux għażla oħra ħlief li jieħu t-tmexxija tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex lura f’idejh.

Hu kien qed jirreferi għas-sentenza li ngħatat lbieraħ mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fejn ordnat li għandha titħassar u tkun annullata il-konċessjoni tat-tliet sptarijiet – ta’ San Luqa, ta’ Karin Grech u tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Magħhom ukoll għal konferenza tal-aħbarijiet id-Deputati Għawdxin Chris Said u Alex Borg.

B’tifħir għal dak li “wettaq” Adrian Delia, wara li fl-aħħar snin Bernard Grech u s-17 blue heroes għamlu minn kollox biex jiskreditaw lill-eks mexxej tagħhom, Grech baqa’ għaddej b’kampanja ta’ tgħajjir fejn qal li d-deuptati “kollha tal-Partit Laburista huma kodardi.”

Wara li l-Prim Ministru Robert Abela lbieraħ filgħaxija qal li nhar it-Tnejn se jkun qed iressaq mozzjoni fil-Parlament biex din is-sentenza tiġi diskussa, Bernard Grech qal li se jkun il-Partit Nazzjonalista li se jagħmel dan.

Min-naħa tiegħu Adrian Delia qal li qatt ma kien hemm l-intenzjoni li jinbnew l-isptarijiet u dak kollu li kien imwiegħed. Hu qal li din hija sentenza storika għal pajjiżna.

Minkejja li jaf li Robert Abela lanqas kien deputat meta ġew iffirmati dawn il-kuntratti, l-eks-mexxej Nazzjonalista Adrian Delia baqa’ jinsisti li l-Prim Ministru ma baqalux triq oħra ħlief li jerfa’ r-responsabbilità politika.

Ekonomija

Sport