Sunday, December 22, 2024

Bernard Grech jgħid li l-PN kburi li l-koppji tal-IVF jistgħu jirċievu trattament f’Malta

Aqra wkoll

Mistoqsi dwar l-emendi fil-liġi tal-IVF, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li tlaqna mill-punt li l-protezzjoni tal-embrijun hi importanti ħafna. “Kollha ninsabu konvinti, wara li l-grupp parlamentari ħa pożizzjoni komuni li dak li għamilna b’din il-liġi biex intejbuha wasal ukoll biex inserrħu rasna li nkomplu nipproteġu l-embrijun.” 

Huwa enfasizza wkoll li: “l-Partit Nazzjonalista għal darba oħra mhux biss bħalma konna għedna fil-programm elettorali li rridu ngħinu lil koppji biex ikunu jistgħu imorru barra ħalli jsibu u jieħdu trattamenti neċessarji biex ikollhom ċans akbar li jkollhom it-tfal, issa ninsabu kburin li wħud minn dawn it-trattamenti jistgħu jsiru wkoll f’Malta.”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tenna li rridu nibqgħu naħdmu u ninsistu biex ikun hemm aktar riżorsi u għajnuna sabiex il-proċessi jkunu jistgħu jaqdu aktar koppji u jistennew inqas.

Ekonomija

Sport