Wednesday, April 24, 2024

“Is-settur irid ikun responsabbli li joffri prodott ta’ valur għan-nefqa li ssir”

Il-Ministru Clayton Bartolo

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Quddiem l-inflazzjoni li qed tiżdied f’pajjiżna, xi ħaġa li qed issir ukoll madwar id-dinja kollha, il-konsumaturi qed isibu ma’ wiċċhom żidiet fil-prezzijiet mhux biss tal-ikel li jixtru minn ħwienet u supermarkets, imma anke minn ristoranti u kafeteriji.

Kemm turisti u anke l-Maltin qegħdin jitkellmu fuq żidiet fil-prezzijiet kemm ta’ ikel tat-take away, pizzez, ikliet fl-ristoranti, ix-xorb fosthom l-inbid u anke prodotti mill-kafeteriji. Sidien ta’ ristoranti li tkellmu magħna qalulna li “hemm barra l-prezzijiet għolew. Kif għolew għal-mara tad-dar għolew għalina ukoll. Hawn ħafna ristoranti li żammew il-livell tagħhom.

Joffru ikel tajjeb. Dan meta mhux faċli iżżomm il-kokijiet miegħek llum minħabba l-kompetizzjoni li hawn. Hawn ħafna ristoranti li joffru prodott li għandu valur tajjeb meta tikkompara in-nefqa. Hawn oħrajn imma li minħabba diversi raġunijiet, għollew il-prezzijiet u meta tikkompara l-valur tan-nefqa ma’ dak li tkun ingħatajt tara li dak il-prodott hu għali ħafna. Hemm bżonn noqogħdu attenti biex ma nħallux setturi f’din l-industrija tagħna igerrxu in-nies u l-konsumaturi. Diġa qegħdin naraw turisti jiktbu f’siti turistiċi u jiddikjaraw li Malta saret għolja.

Talk.mt tkellmet mal-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo dwar is-sitwazzjoni tal-prezzijiet fir-ristoranti b’mod partikolari l-ilmenti li xi ristoranti qegħdin għollew il-prezzijiet u dan wassal biex il-konsumaturi qed iħossu li mhux jieħdu prodott ta’ valur għan-nefqa li jkunu għamlu. 

Il-Ministru Clayton Bartolo iddikjara b’mod ċar li s-settur minkejja l-inflazzjoni irid ikun responsabbli.

Iddikjara li “l-kwalità u l-konsistenza jridu jkunu preżenti f’kull aspett tal-prodott turistiku. B’hekk biss nistgħu noffru esperjenza ta’ kwalità lit-turist li jżur pajjiżna.  Minkejja l-isfidi marbutin mal-inflazzjoni, is-settur tal-ospitalità fit-totalità tiegħu jrid ikun responsabbli li joffri prodott ta’ valur għan-nefqa li jagħmel l-istess turist domestiku jew barrani.” 

Sport