Tuesday, May 14, 2024

Bernard Grech jinnomina lill-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia għal Ġieħ ir-Repubblika

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech se jkun qed jinnomina lil Isabelle Bonnici u John Sofia, il-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia għal Ġieħ ir-Repubblika.

F’laqgħa li l-ġenituri kellhom mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, u kif ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino, twasslet ix-xewqa tal-Kap tal-Partit biex il-ġenituri ta’ Jean Paul ikunu nominati għal dan l-unur tant prestiġjuż.

Fil-kummenti tiegħu matul il-laqgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li llum Isabelle u John saru simbolu ta’ għaqda nazzjonali. Simbolu tat-tfittxija għall-verità u l-ġustizzja. Simbolu ta’ mħabba ta’ nazzjon.

Isabelle u John laqgħu b’umiltà x-xewqa tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista u fil-jiem li ġejjin Grech se jkun qed jinnomina b’mod uffiċjali lill-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia għal Ġieħ ir-Repubblika.

Sport