Tuesday, May 14, 2024

Uffiċjal tal-LESA jieqaf jassisti koppja li waqfitilhom il-karozza fi triqithom għall-Isptar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-sitwazzjoni tat-temperaturi għoljin kompliet twassal għal iktar sitwazzjonijiet frustranti liema sitwazzjoni ħafna drabi dak li jkun ftit li xejn ikollu kontroll fuqhom. Fost dawn fl-aħħar jiem żdiedu l-karozzi fil-ġenb tat-triq wara li jiżviluppaw ħsarat.

F’ritratt mibgħut lil dan is-sit meħud aktar kmieni llum, koppja li kienet fi triqitha għal appuntament l-Isptar spiċċat maqbuda fi sħana taqli l-ankri wara li waqfitilhom il-karozza.

Huma kellhom kliem ta’ tifħir għall-uffiċjal tal-LESA co 864 li waqaf biex jara x’kienet il-problema. Kif ra s-sitwazzjoni tagħhom huwa ċempel minnufih għall-għajnuna. B’xorti tajba persuna li nzertat għaddejja waqaf biex jara jistax jgħin wara li lemaħ il-mutur tal-LESA u b’xorti tajba għenhom biex jistartjaw il-karozza tal-koppja.

Ġest sempliċi li evita kumplikazzjonijiet minħabba li f’nofsinhar mhux il-ħin ideali li tinqabad f’nofs ta’ triq int u sejjer għal vista l-Isptar.

Sport