Tuesday, May 14, 2024

42 ħsarat f’erbat ijiem … il-Kalkara, Ħaż-Żabbar u l-Kottonera l-aktar żoni affettwati

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta Jonathan Cardona spjega li f’dawn l-aħħar erbat ijiem esperjenzaw xejn inqas minn 42 ħsarat, li ddeskriva dan in-numru bħala wieħed bla preċedent. Minn dan l-ammont fadal x’isiru tiswijiet fuq 22 minnhom – bi 12 diġà għaddej ix-xogħol fuqhom.

Madanakollu, huwa insista li s-sitwazzjoni jidher li ġejja għall-aħjar u dan hekk minn nofsillejl sa issa ġew irrappurtati tliet ħsarat. Qal li fil-preżent, il-Kalkara, Ħaż-Żabbar u l-Kottonera huma l-aktar żoni affettwati minn dan il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku.

L-Enemalta spjegat li għandna mal-50 ħaddiem għaddejjin fuq xogħlijiet differenti biex jirranġaw il-ħsarat li qed jiżviluppaw fis-sistema tad-distribuzzjoni: 

  • Persuni fuq xogħol ta’ fault location biex tinstab il-pożizzjoni eżatti tal-ħsarat fil-cables taħt l-art fit-toroq
  • Xogħol ta’ tħaffir
  • Xogħol ta’ tiswija 
  • Ittestjar biex il-cables jinxteghlu mill-ġdid.
  • Fejn possibbli, qedgħin dejjem nagħtu l-elettriku permezz ta’ rotot alternattivi, qabel jibdew it-tiswijiet infushom.
  • Barra x-xogħol ta’ fuq barra, għandha persuni jwieġbu t-telefonati u l-messaġġi tal-klijenti u persuni fil-control rooms biex jikkordinaw l-operat tan-netwerk u t-tiswijiet

Sport