Saturday, December 21, 2024

Bezzina konvint li se jkun gvern Nazzjonalista li jagħmel it-trackless tram

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt li kien qiegħed jagħti aktar dettalji dwar it-trackless tram, il-kandidat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li dan is-servizz se jkun qiegħed iżid l-effiċjenza fit-trasport pubbliku u l-pubbliku jkun aktar kunfidenti jużah.

Bezzina sostna li kien il-Partit Nazzjonalista li ppropona t-trasport tal-massa u żied jgħid li konvint li wara l-elezzjoni Gvern Laburista lest jagħmilha tiegħu, iżda konvint ukoll li wara l-elezzjoni se jkun gvern Nazzjonalista li jaddotta din is-sistema ta’ trasport li se tilħaq lil kulħadd.

Bezzina għamel paragun bejn iż-żewġ sistemi proposti miż-żewġ partiti u qal li se tkun qiegħda tiġġenera ferm inqas ta’ skart minħabba li ma tinkludix tħaffir taħt l-art.

Il-Perit qal li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jgħaddi għal din is-sistema minħbba li bħala partit dejjem kienu b’viżjoni fil-proposti tagħhom. Huwa qal li din is-sistema tat-trasport ma’ tinkludi l-ebda taxxi moħbija u hija sistema li ma toħloqx tniġġiż.

Mistoqsi dwar il-veloċità tat-tramm, Bezzina qal li din hu stmat li tlaħħaq massimu ta’ madwar 70 Kilometru fis-siegħa iżda l-ħinijiet se jiġu proġettati fuq veloċità ta’ 50 Kilometru biex ikollna sistema ta’ trasport aktar effiċjenti.

Tkellem ukoll dwar il-vantaġġ li kapaċi ġġorr ammont sostanzjali ta’ nies. Huwa qal li t-tramm ikun kapaċi jġorr sa 500 persuna u b’hekk se jonqsu l-vetturi mit-toroq u b’hekk anke jonqsu l-emmissjonijiet.

Ekonomija

Sport