Wednesday, March 27, 2024

Bezzina tirbaħ it-tieni kompetizzjoni tal-kampjonat nazzjonali tat-10m air pistol

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt 30 ta’ Ottubru, il-Malta Air Rifle and Pistol Shooting Club, organiżża t-tieni kompetizzjoni mill-League Nazzjonali 2021-2022 fid-dixxiplina tal-10m Air Pistol, fil-Larry Vella Indoor Range ġewwa l-Bidnija. It-Tiraturi kellhom jisparaw 6 settijiet ta’ 10 tiri, għal total ta’ 60 tir kull wieħed, f’massimu ta’ sigħa  u kwart, bl-aħjar 8 tiraturi jgħaddu għall-finali.

Fil-kwalifikazzjoni, Eleonor Bezzina spiċċat fl-ewwel post b’total ta’ 560 minn 600 punt, segwita minn stephen Vassallo b’531 punt, u fit-tielet post spiċċa t-tiratur ġdid Stephen Kingswell b’514 punt.

Fil-finali, Eleonor żammet ir-ritmu u baqgħet fl-ewwel post biex rebħet il-kompetizzjoni. L-erbgħa tiraturi ta’ warajha kienu viċin ta’ xulxin, u dawn kienu Josephine Galea Calleja, Stephen Vassallo, Sephora Fenech u Raymond Cacciattolo.                                                                                  Stephen Vassallo rnexxielu jikseb it-tieni post waqt li Josephine Galea Calleja spiċċat fit-tielet post.        

Ir-referee tal-kompetizzjoni kien is-sur Angelo Galea u r-Range Officer kien John Galea.                                                            

Il-kompetizzjoni li jmiss, se tittella’ nhar is-Sibt 6 ta’ Novembru 2021 fit-3:00pm.

Ekonomija

Sport