“Bħal għada 13 -il sena ilu waqgħet bħal dalma fuqi li affetwat kemm lili, lil familja tiegħi u hbieb ukoll iżda din id-dalma inbidlet f’raġġ ta’ dawl għaliex bqajt hawn”
Dan kien il-mesaġġ li wasslet Raisa Falzon permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali. Raisa kompliet tispjega li f’dawn it-tlettax -il sena mislufin, tirringrazzja lin-nurses, tobba u lil kull min ħa ħsiebha.
Tenniet billi rringrazzjat lil familja u l-ħbieb li ma qatgħu qalbhom minnhaqatt ! Falzon qalet ukoll; “Fl-aħħar u mhux l-inqas grazzi l-Mulej li bagħatli dawn in-nies”.

