Tiftakruha l-maltempata bir-ragħad u bis-silġ (hail) ta’ għaxar snin ilu? Proprju fit-30 ta’ Diċembru (tal-2014), il-Maltin u l-Għawdxin tassew bdew joħolmu b’Milied abjad.
Dan qalu raġel permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn spjea li s-silġ kien dam jumejn biex dab minħabba arja kiesħa ħafna mis-Siberja! Qal ukoll li Għawdex kien l-aktar milqut.
Fir-rigward tat-temperatura, irrimarka li t-temperatura minima niżlet 3°C u l-massimi ma qabżux l-10°C għal jumejn!