Wednesday, January 15, 2025

Mixli li seraq flus kontanti u deheb minn residenza

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 20 sena residenti San Ġwann tressaq il-Qorti mixli li seraq flus kontanti u deheb minn residenza f’Ta’ Xbiex.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Joseph Mercieca spjegat li l-każ seħħ fit-8 ta’ Diċembru ta’ din is-sena, meta allegatament l-imputat Niro Spagnol seraq safe bi flus kontanti u deheb.

Ingħad li l-Pulzija waslet għall-arrest tiegħu fil-21 ta’ Diċembru. Intqal ukoll li wqt l-istess arrest, il-Pulziija setgħet tinnota li l-imputat kien liebes arloġġ tar-Rolex li kien fis-safe.

Fl-Qorti, l-imputat li qal li bħalissa jinsab bla impjieg, wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, bil-Qorti tiċħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Għall-imputat deher l-Avukat Josè Herrera.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport