F’jum għeluq sninha, Sarah Bajada, is-sieħba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg, qasmet esperjenza personali u ta’ qsim il-qalb, hekk kif qalet li hi u Alex tilfu t-tarbija li kienu qed jistennew wara xahrejn u nofs ta’ tqala.
F’messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali, Sarah spjegat li kienu qed jistennew bil-ħerqa l-mument li jħabbru li l-familja tagħhom kienet se tikber u li Sam kien se jsir ħuh il-kbir.
Hija rrakkontat kif it-tarbija kienet magħhom waqt diversi mumenti importanti, fosthom iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza, meta ħadd ma kien jaf bis-sigriet sabiħ li kienet qed iġġorr.
Sarah tkellmet ukoll dwar l-uġigħ li għaddew minnu hi u Alex fis-skiet, filwaqt li fakkret li anke l-missirijiet ibatu meta jitilfu tarbija.
