Sunday, December 29, 2024

Bħal-lum 14-il sena ilu … Michael Phelps jikser ir-rekord tad-dinja fil-200m freestyle

Aqra wkoll

Bħal-lum 14-il sena ilu, eżattament fil-15 ta’ Awwissu 2008, l-għawwiem Amerikan, Michael Phelps irreġistra ir-rekord tad-dinja biex iddefenda titlu tiegħu stess tal-200 metru freestyle.

Huwa għamel dan waqt li rebaħ is-sitt midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta’ Beijing. Barra minn hekk din kienet ukoll l-14-il midalja tad-deheb tal-karriera tiegħu. 

Huwa stabbilixxa ħin ta‘ 1: 54.23 biex kiser ir-rekord tiegħu stess b’0.60 ta’ sekonda. 

Fit-tieni post temm l-Ungeriż, Laszlo Cseh, biex żied it-tielet fidda mal-kollezzjoni tiegħu, u spiċċa b’rekord Ewropew ta’ 1: 56.52. 

L-Amerikan, Ryan Lochte, kiseb il-midalja tal-bronż f’ħin ta’ 1: 56.53 … li temm 0.01 ta’ sekonda wara Cseh. 

Ekonomija

Sport